Il-UĦM tiffirma Ftehim Kollettiv tal-Ħaddiema ġewwa l-NAO

It-Taqsima Entitajiet Pubblici tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) u l-management tan-National Audit Office (NAO), nhar it-13 ta’ Novembru 2013 iffirmaw il-Ftehim Kollettiv tal-Ħaddiema kollha f’dan l-Uffiċċju. Dan il-Ftehim Kollettiv qiegħed itejjeb numru ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema fosthom kundizzjonijiet bħal ‘family friendly measures’. Qegħdin jitjiebu wkoll is-salarji u l-allowances u numru ta’ kundizzjonijiet oħra tal-ħaddiema tal-istess NAO…