Aktar ħaddiema tad-De La Rue jissieħbu mal-UĦM

Numru sostanzjali ta’ ħaddiema li jaħdmu fid-De La Rue issieħbu mal-UĦM fix-xhur li għaddew. Dan sar wara li l-ħaddiema tad-De La Rue skoprew li kien hemm xi bidliet fil-Ftehim Kollettiv li huma ma ġewx infurmati dwarhom. Intant il-UĦM se torganizza laqgħa oħra għall-ħaddiema kollha tad-De La Rue fil-kwartieri tal-UĦM, il-Furjana nhar is-Sibt 20 ta’ Lulju…