Il-UĦM tirrifjuta l-użu ta’ vetturi li huwa ta’ riskju għax-xufiera u għall-passiġġieri

It-Taqsima Port u Trasport tal-UĦM tinnota li ta’ spiss ix-xufiera li jaħdmu mall-Malta Public Transport (Autobuses de Leon) qegħdin jaffaċċjaw kritika ta’ nuqqasijiet li ma jiddependux minnhom iżda jiddependu minn nuqqasijiet ta’ min imexxi. Fost dawn hemm nuqqasijiet ta’ndafa, manutenzjoni, ta’ sigurta, kif ukoll nuqqasijiet ta’arja kundizzjonata li taħdem kif suppost.

Il-UĦM ma taqbilx mal-istqarrija li ħarġet l-MEA dwar is-sitwazzjoni tal-ħaddiema tad-De La Rue

Il-UĦM semmiet fatti li ġenwinament qed isiru f’dan il-post tax-xogħol u li jinħtieġu jiġu indirizzati minnufih. Il-UĦM kienet tistenna li minflok tikritika union oħra, l-MEA għandha tikkundanna l-fatt li membru tagħha (De La Rue) ma’ għaġixxiex b’mod etiku fil-konfront tal-ħaddiema tiegħu.