Il-UĦM Voice of the Workers tirbaħ lura l-Freeport wara 334 ġurnata

Il-UĦM Voice of the Workers rebħet ir-rikonoxximent tal-ħaddiema tal-Malta Freeport Terminals wara votazzjoni mifruxa fuq jumejn u li ntemmet proprju ftit tal-ħin ilu. B’hekk wara 334 ġurnata, il-UĦM reġgħet ħadet ir-riedni f’idejha u l-maġġoranza tal-ħaddiema għażlu lil din il-union minflok il-General Workers’ Union (GWU) biex tkun ir-rappreżentant tagħhom. 275 vot kienu favur il-UĦM Voice of…