Il-Ħaddiema tal-MPT sodisfatti bil-Ftehim Kollettiv innegozjat mil-UĦM Voice of the Workers

It-Taqsima Port u Trasport fi ħdan il-UĦM Voice of the Workers tilqa’ b’sodisfazzjon l-apprezzament li qegħdin juru l-ħaddiema tal-Malta Public Transport (MPT) dwar il-Ftehim Kollettiv li ġie nnegozjat f’isimhom. L-istess ħaddiema tal-MPT qed jattendu bi ħġarhom għal-laqgħat li qed torganizza l-union għall-membri tagħha fejn mill-ewwel żewġ laqgħat diġa attendew għaxar darbiet aktar ħaddiema minn meta…