Il-UĦM tikkundanna deċiżjoni li ttieħdet b’mod mgħaġġel

Il-UĦM Voice of the Workers ġiet avviċinata minn diversi ħaddiema tal-Malta Freeport Terminal li jinsabu inkwetati bid-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru li saret il-bierah. F’konferenza organizzata minn Ernst & Young, il-Prim Ministru Joseph Muscat, b’mod ċar, iddikjara li ma jaqbilx li l-Freeport Terminal ikompli jikber u jestendi. Il-Malta Freeport Terminal jaħdem f’industrija kompetittiva fejn il-bastimenti tal-merkanzija qegħdin…