Il-UĦM tikseb l-għarfien biex tirrapreżenta lill-ħaddiema tal-ERA

Il-UĦM Voice of the Workers ingħatat l-għarfien ewlieni sabiex tirrapreżenta lill-ħaddiema tal-Awtorita’ għall-Ambjent  u r-Riżorsi (ERA). Dan ir-rikonoxximent kien possibbli wara proċess ta’ verifikazzjoni li permezz tiegħu l-UĦM ġiet konfermata li hi għandha l-maġġoranza ta’ membri fil-gradi tekniċi u klerikali fi ħdan din l-Awtorita’. Il-maġġoranza assoluta tal-ħaddiema tat fiduċja lill-UĦM tant li ħafna ssieħbu magħha wara…