Kundizzjonijiet aħjar għall-ħaddiema ta’ Jobs Plus

Il-UĦM Voice of the Workers u Jobs  Plus iffirmaw ftehim kollettiv li permezz tiegħu l-ħaddiema se jgawdu minn titjib fil-kundizzjonijiet  tax-xogħol u fis-salarji tagħhom. F’laqgħa li saret fil-Head Office ta’ Jobs Plus f’Ħal Far it-Tlieta 10 ta’ Ottubru, iż-żewġ naħat irringrazzjaw lil kulmin ikkontribwixxa biex intlaħaq qbil dwar dak li ġie negozjat b’risq il-progress fil-karriera…