Iffirmat ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika

Wara xhur ta’ negozjati, it-Taqsima tal-Entitajiet Pubbliċi fi ħdan il-UĦM Voice of the Workers u l-management tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO), iffirmaw ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema kollha f’dan l-uffiċċju għall-perijodu 2017-2024. Dan il-ftehim kollettiv ikompli jibni fuq dawk ta’ qablu u, fost oħrajn, qed itejjeb diversi kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema. Il-ftehim jinkludi kundizzjonijiet relatati ma’ family-friendly measures…

Kunsill tal-Ħiliet: għaliex le?

“Hemm bżonn ta’ Kunsill tal-Ħiliet sabiex ikunu analizzati dawk il-ħiliet fis-suq tax-xogħol għall-ġejjieni.” Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, f’seminar organizzat mill-MEUSAC bit-tema The European Commission’s Reflection Paper on the Social Dimension of Europe li sar fil-Lukanda Palace, Tas-Sliema l-Ħamis 9 ta’ Novembru 2017. Fl-introduzzjoni tas-seminar, Vanni Xuereb, il-Kap…