Diskriminazzjoni fost il-ħaddiema fil-Wasteserv

Il-UĦM Voice of the Workers, tisħaq dwar l-importanza li l-ftehim kollettiv tal-Wasteserv ikun implimentat kollu bl-ebda distinzjoni fost il-ħaddiema. Il-UĦM u l-Wasteserv irnexxilhom jindirizzaw id-diskriminazzjoni bejn ħaddiema tal-Wasteserv u dawk tal-kuntrattur li qed jagħtu servizz f’din il-kumpanija. Dan sar bi ftehim, li kien storiku, u li kien ta’ sodisfazzjon għall-ħaddiema kollha mingħajr distinzjoni. Sfortunatament l-istorja irrepetiet…