Appell liż-żgħażagħ biex jagħtu kas tal-Pensjoni tat-Tieni Pilastru

“Wasslu l-messaġġ liż-żgħażagħ fil-familji tagħkom sabiex jagħtu widen dwar il-pensjonijiet, partikularment il-Pensjoni tat-Tieni Pilastru”. Dan sostnih Josef Vella,  il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, waqt riċeviment organizzat  mit-Taqsima Pensjonanti tal-UĦM Voice of the Workers, li sar f’Villa Arrigo, in-Naxxar il-Ħamis 14 ta’ Diċembru 2017. Josef Vella stqarr li fid-dawl tal-qagħda tal-pensjonijiet f’pajjiżna bħalissa, iż-żgħażagħ…