Jintlaħaq ftehim dwar ħlasijiet dovuti lill-ħaddiema tal-Wasteserv

Il-UĦM Voice of the Workers, li hija l-union rikonoxxuta fi ħdan il-Wasteserv, b’mod uffiċjali għadha kemm issiġġillat ftehim sabiex ħaddiema li kienu fuq probation is-sena l-oħra jitħallsu l-allowances li kienu dovuti lilhom xhur sħaħ. Din il-union kienet ħadet azzjoni mmedjata meta fl-2017 rreġistrat tilwima industrijali mal-kumpanija quddiem id-Direttur tax-Xogħol.  Il-pressjoni li għamlet il-UĦM Voice of…