Il-Wasteserv tkaxkar saqajha fil-laqgħat ta’ negozjati mal-UĦM Voice of the Workers

Il-UĦM Voice of the Workers irreġistrat tilwima industrijali ma’ Wasteserv wara li l-management tal-kumpanija qed jonqos milli jattendi għal laqgħat dwar it-tiġdid tal-ftehim kollettiv. Fil-bidu tal-2017, il-UĦM Voice of the Workers għaddiet il-proposti tal-ftehim kollettiv tal-ħaddiema lill-management tal-Wasteserv.  Dawn ġew mgħoddija xhur qabel l-iskadenza tal-ftehim sabiex ikun hemm żmien biżżejjed għan-negozjati li jwasslu għal titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema. Minkejja li l-union,…