Ħaddiema mal-kuntrattur fil-Wasteserv għadhom jistennew il-paga ta’ Marzu

Għexieren ta’ ħaddiema li jaħdmu mal-kuntrattur fil-Wasteserv għadhom qed jistennew il-paga li suppost inħarġet nhar l-Erbgħa 28 ta’ Marzu 2018. Filwaqt li l-kuntrattur qed jikkonferma li t-trasferimenti saru kollha, jidher li min-naħa tal-Banif Bank il-pagi nżammu u ma ngħatawx lill-ħaddiema. Il-Bank qal li qed jimxi skont parir legali tal-avukati tiegħu u żamm il-bibien magħluqin għal ħamest…