Ordnati azzjonijiet industrijali fid-Dipartiment tat-Taxxa

It-Taqsima Ħaddiema tal-Gvern, fi ħdan il-UĦM Voice of the Workers, ħabbret li se tkun qed tordna azzjonijiet industrijali lill-ħaddiema li jaħdmu fid-Dipartiment tat-Taxxa b’seħħ minn nhar it-Tnejn 5 ta’ Novembru. Il-ħaddiema jinkludu dawk li jaħdmu fit-Tax Compliance Unit (TCU), accountants, revenue officers u VAT inspectors. It-Taqsima waslet għal din id-deċiżjoni minħabba dewmien esaġerat min-naħa tal-amministrazzjoni…