Il-Gvern mhux jimpenja ruħu biex jevita t-tħassir tas-servizz provdut mid-dentisti

Il-UĦM Voice of the Workers qed tesprimi t-tħassib tagħha dwar il-qagħda tad-dentisti fis-servizz pubbliku. Dawn il-professjonisti qed jiġu injorati u mhumiex qed jingħataw l-attenzjoni meħtieġa mill-Gvern sabiex il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom jitjiebu. Fl-2008 daħal fis-seħħ l-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa. Iżda peress li l-aħħar ftehim settorali tad-dentisti kien sar fl-1993, għal UĦM Voice of the Workers dan…