82 uffiċjal xjentifiku se jgawdu minn ftehim settorali ġdid

Il-UĦM Voice of the Workers flimkien ma’ tliet ministeri ffirmaw ftehim settorali għal 82 Scientific Officer li jaħdmu fid-Dipartiment  tas-Saħħa, fid-Dipartiment  tal-Agrikoltura u mal-Ministeru ta’ Għawdex. Jesmond Bonello, id-Direttur ta’ UĦM Voice of the Workers,  qal li minn dan il-ftehim il-ħaddiema mhux biss se jgawdu minn titjib  fis-salarji u fil-kundizzjonijiet  tax-xogħol tagħhom; se jkun qed itejjeb …