Il-UĦM għandha 58 fil-mija tal-grupp kollu tal-AHP

Il-UĦM Voice of the Workers ilbieraħ irċeviet ir-rapport rigward it-talba tal-għarfien ewlieni għall-Allied Health Professionals (AHP). Ir-rapport jikkonferma li l-UĦM għandha 58 fil-mija tal-grupp kollu tal-AHP. Għaldaqstant din il-union dalgħodu kitbet lis-Segretarju Permanenti fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u tat 24 siegħa ċans sabiex jingħata l-għarfien ewlieni lil din il-union. Dan sabiex ma jkunx hemm aktar dewmien bla bżonn…