Azzjonijiet industrijali fl-ERA

Il-UĦM Voice of the Workers ordnat azzjonijiet industrijali fl-Environment and Resources Authority (ERA) peress li ma kienx hemm żviluppi pożittivi fin-negozjati biex iwasslu għall-ewwel ftehim kollettiv għall-ħaddiema. Il-management tal-Awtorità ġie mgħarraf bl-azzjonijiet fl-20 ta’ Novembru 2019 permezz ta’ email. Għaldaqstant din il-union ordnat numru ta’ direttivi fl-Awtorità li se jibdew mill-Ħamis 21 ta’ Novembru 2019….