L-ispiżjara qed jagħtu sehmhom fil-preparazzjoni tal-vaċċin

Spiżjara fi sptarijiet tal-Gvern qed jagħtu sehmhom fil-preparazzjoni tal-vaċċin Covid-19 u mhux kif allega l-President tal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) Paul Pace f’intervista mal-MaltaToday. Skont Pace “l-ispiżjara iddeċidew li ma jippreparawx il-vaċċin, u għalhekk dan ix-xogħol waqa’ fuq l-infermiera”.  “Li kieku kont il-gvern, kont nuża l-ispiżjara biex ikun preparat il-vaċċin waqt li l-infermiera jiffukaw fl-għoti…