Tibdil fil-Kundizzjonijiet tax-Xogħol għandhom jiġu diskussi mal-Union

Il-UĦM Voice of the Workers, il-bieraħ bagħtet ittra lis-Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Tony Sultana, sabiex issir laqgħa biex tiddiskuti tibdil fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema kollha tas-Servizz Pubbliku. Fil-Ġimgħa li għaddiet, is-Segretarju Permanenti Ewlieni, flimkien mat-tim tiegħu, ltaqa’ mal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku fejn stqarr illi “Is-servizz pubbliku se jimbarka fuq proċess biex ir-regolamenti tad-dixxiplina jiġu riveduti.” Aktar tard…