Ix-xufiera tal-MPT u l-passiġġieri m’għandhomx ibatu fis-sħana

Il-UĦM Voice of the Workers ilha għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat tilmenta mal-Malta Public Transport (MPT) rigward sħana insapportabbli li qed ikun hemm fil-karozzi tal-Linja peress li mhux qed tinxtegħel l-arja kondizzjonata. Tant hu hekk li, f’ċertu ħinijiet, it-temperatura f’dawn il-vetturi saħansitra kienet qed taqbeż id-39oC. Din is-sitwazzjoni hija ta’ riskju għas-saħħa u s-sigurtà, mhux biss għax-xufiera tal-istess…

Il-ġenituri u persuni vulnerabbli ġew protetti b’direttiva tal-UĦM

Il-UHM Voice of the Workers tinnota b’sodisfazzjon in-numru kbir ta’ ġenituri u nies vulnerabbli membri tal-UĦM li segwew id-direttiva li jibqgħu jaħdmu mid-dar. Wara li l-Kap taċ-Ċivil irrevoka l-miżura tat-telework, u li allura fissret li kull impjegat fis-Servizz u Settur Pubbliku kellu jirritorna fiżikament fil-post tax-xogħol b’effett mill-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju, il-UĦM ordnat direttiva biex il-ħaddiema li huma…

Il-UĦM mhux lesta li tipperikola s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema

Il-UĦM Voice of the Workers ma kienet fl-ebda ħin ikkonsultata fid-diskussjonijiet mal-Gvern li fl-aħħar mill-aħħar wasslu biex ħaddiema amministrattivi f’postijiet tax-xogħol, bħall-Università ta’ Malta, il-MCAST, skejjel tal-Gvern u servizzi ta’ appoġġ fl-Ministeru tal-Edukazzjoni jidħlu għax-xogħol minn għada l-Ġimgħa, 5 ta’ Ġunju 2020. Din il-union hija infurmata li l-postijiet tax-xogħol imsemmija hawn fuq mhumiex in line mal-protokoll li nħareg mill-Supritendenza tas-Saħħa…

Jew flusek jew ħajtek

Id-deċiżjoni li ħa l-Gvern nhar it-Tnejn qed tpoġġi lil persuni vulnerabbli f’sitwazzjoni assurda għax se jkollhom jagħżlu jekk jiħdux ħsieb saħħithom u ħajjithom, jew inkella jekk iridux jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum. Dan jikkuntrasta ferm mal-Linji Gwida għal persuni vulnerabbli ippublikati nhar it-Tlieta fl-4 p.m. mill-Uffiċċju tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. Il-Linji Gwida, li ħareġ dan l-uffiċċju l-bieraħ,…

Teleworking għall-Ġenituri għandu jibqa’

F’ittra li bagħtet lil Gvern appellat sabiex jirtira minnufih id-direzzjoni li ħareġ fejn qed jitlob lill-ġenituri kollha li kienu qed jaħdmu mid-dar sabiex minn nhar il-ġimgħa jidħlu lura fl-uffiċini. Din it-talba saret fl-isfond li: l-iskejjel ma fetħuxiċ-child care centres ma jagħtux servizz lil tfal akbar minn 3 sninSkola Sajf se tiftaħ fl-1 ta’ LuljuIċ-child medical…

Salvagwardji għall-ħaddiema biex jitnaqqsu r-riskji

Il-UĦM Voice of the Workers tifhem li ċertu miżuri kellhom jiġu rilaxxati għall-ġid tal-ekonomija tal-pajjiż. Madankollu,  din  il-union xorta waħda għandha r-riservi tagħha dwar il-mod kif dawn ir-restrizzjonijiet ġew imneħħija. Il-UĦM Voice of the Workers tinsab imħassba wara li ġie kkomunikat li minn nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju kollox se jirritorna għan-normal. Il-UĦM tinnota d-diversi messaġġi li ngħataw minn diversi…

Insult għall-ispettorati u għal kull frontliner

Il-UĦM Voice of the Workers issellem lill-Ispettorat tas-Saħħa, li l-union tirrapreżenta, flimkien mal-Pulizija li tul dawn l-aħħar xhur kienu qed jassiguraw id-dixxiplina biex ma jkomplix it-tixrid tal-COVID-19. Issellem wkoll lill-ħaddiema front-liners partikularment dawk il-ħaddiema li l-union tirrapreżenta, fosthom l-Allied Health Professionals u professjonisti oħrajn fil-qasam tas-saħħa, Farmaċisti u Pharmacy Technicians, Dentisti u l-assistenti tagħhom li kienu qed jgħinu fl-iswabbing, lill-Allied Assistants, lill-Carers,…

Kull pjan ekonomiku jrid jiġi ggwidat mill-awtoritajiet tas-saħħa

Qed noqorbu lejn it-tieni fażi tal-COVID-19 u jeħtieġ li kull pjan ekonomiku jrid jiġi ggwidat mill-awtoritajiet tas-saħħa. Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, f’diskors fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem. Josef Vella qal li, fid-dawl tal-kriżi COVID-19, il-UĦM Voice of the Workers kienet, għadha u se tibqa’ preżenti biex tagħti l-appoġġ…

Bil-miżuri li tħabbru mill-Gvern ma waqaf xejn mill-kaos li konna qegħdin fih

B’reazzjoni għall-miżuri ta’ għajnuna mħabbra mill-Gvern b’risq il-ħaddiema u n-negozji nhar il-Erbgħa 18 ta’ Marzu 2020, il-UĦM Voice of the Workers tisħaq li f’din il-kriżi nazzjonali ma nistgħux nibqgħu għaddejjin bis-sorpriżi. Din il-union, flimkien mal-imsieħba soċjali l-oħrajn, għandha tkun fuq il-mejda mal-Gvern u l-miżuri li għandhom jittieħdu jiġu mħabbra kollha flimkien. Josef Vella, Kap Eżekuttiv…

STQARRIJA KONĠUNTA BEJN IL-UHM U S-CMTU: Il-Gvern messu kellu l-kuraġġ jagħlaq ir-rotot minn fejn ġej il-mard

Is-CMTU u l-UĦM Voice of the Workers jilqgħu l-miżuri ġodda mħabbra mill-Gvern fejn qed jingħalqu r-ristoranti, il-bars, il-gyms u s-swali taċ-ċinema. Sfortunatament illum il-pajjiz kellu disa’ każi f’ġurnata waħda fejn tlieta minnhom ttieħdu minn persuna għal oħra lokalment fost il-ħaddiema fis-settur tas-saħħa. Dan ukoll irriżulta f’numru konsiderevoli ta’ ħaddiema tas-saħħa li llum kellhom jintbagħtu fuq…