Is-sinerġija bejn it-teknoloġija u x-xogħol diskussa f’seminar Ewropew bis-sehem tal-UĦM

Jeħtieġ li s-sistema edukattiva tiffoka iżjed fuq l-innovazzjoni u l-ħiliet neċessarji sabiex inkunu kapaċi naħdmu iżjed fl-era diġitali. Għaldaqstant it-tfal tagħna għandhom jitrawmu miċ-ċkunija u jkunu edukati iżjed fit-teknoloġija tal-informazzjoni qabel ma jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Dan sostnih, fost oħrajn, Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice  of the Workers f’seminar organizzat minn Krifa, WOW Europe…

Proposta għal paga minima li tagħti valur lill-ħaddiema fid-dinja tax-xogħol

Il-UĦM Voice of the Workers ippreżentat proposta għall-aġġustament tal-paga minima lill-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fid-Dar Ċentrali, Tal-Pieta’ it-Tnejn 6 ta’ Frar 2017. L-istess proposta kienet ippreżentata lill-Prim Ministru f’laqgħa li saret fil-Berġa ta’  Kastilja, il-Belt  fil-jiem li għaddew. F’kelmtejn tal-okkażjoni, il-Kap tal-Oppożizzjoni stqarr li l-Partit Nazzjonalista qed jagħti importanza kbira lill-kwistjoni…

Żjara ta’ kortesija mill-Partit Demokratiku Malti

Il-UĦM Voice of  the Workers kellha żjara ta’ kortesija minn rappreżentanti tal-Partit Demokratiku Malti fil-Head Office tal-union, il-Furjana il-Ħamis 12 ta’ Jannar 2017. Matul din l-ewwel laqgħa bejn iż-żewġ naħat, ġiet diskussa l-politika ta’ dan il-partit il-ġdid kif ukoll il-ħidma tal-UĦM Voice  of the Workers fil-qasam tas-saħħa. Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of…

Il-Qorti tqis aġir tal-Gvern bħala att ta’ tpattija

Il-Qorti qieset aġir imwettaq mill-Gvern fil-konfront ta’ tliet flebotomisti bħala forma ta’ ‘ritorsjoni’, jew  aħjar, att ta’ tpattija jew  vendetta talli ħaddiema segwew direttiva ta’ azzjoni industrijali ordnata mill-UĦM Voice of the Workers li rrapreżentathom. Il-Qorti, preseduta mill-Imħallef Joseph R. Micallef, nhar it-Tlieta 3 ta’ Jannar 2017 laqgħet mandat ta’ inibizzjoni preżentat minn tliet flebotomisti…

Il-MUMN tkompli tisserva mill-Gvern

Il-UĦM Voice of the Workers tosserva, bl-aktar mod ċar, li l-Union Maltija għall-Infermieri u l-Qwiebel (MUMN) qed tħalli lill-Gvern ikompli jużaha sabiex tkompli tipprova tkisser ix-xogħol li din il-union u l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) qed jagħmlu f’isem il-ħaddiema – il-ħarsien tal-interessi tagħhom. Deher biċ-ċar li l-MUMN diġa’ iffirmat ftehim mal-Gvern iżda ħadd ma jaf x’iffirmat,…

Iffirmat l-ewwel ftehim bejn il-UĦM u l-Malta Freeport Terminals Limited

Il-UĦM Voice of the Workers bi pjaċir tħabbar l-iffirmar ta’ ftehim kollettiv għax-Shift Leaders li jaħdmu fil-Malta Freeport Terminals Limited (MFTL) u li sar nhar it-Tnejn 12 ta’ Diċembru 2016. Dan il-ftehim intlaħaq wara diversi negozjati u l-andament tad-diskussjonijiet bejn  il-UĦM u l-management  tal-Port Ħieles kien wieħed tajjeb ħafna. Minn dan  il-ftehim, ix-Shift Leaders fil-Port…

Sena oħra ta’ ħidma mill-UĦM Voice of the Workers

F’diskors qasir waqt attivita’ tal-Milied organizzata mit-Taqsima Pensjonanti tal-UĦM Voice of the Workers, il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Josef Vella tkellem dwar sena oħra ta’ ħidma minn din il-union u saħaq, fost oħrajn, dwar il-bżonn li tkun introdotta l-Pensjoni tat-Tieni Pilastru għax Malta baqgħet wieħed mill-ftit stati membri fl-Unjoni Ewropea li għadu ma daħħalhiex. Il-Kap Eżekuttiv ta’…

Il-UĦM tikkummenta dwar l-iskema tal-GWU u dwar id-dubji fuq il-kuntratti tal-privatizzazzjoni tal-isptarijiet

Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers, ħa sehem fil-programm Mhux Għax Jimpurtanti li xxandar fuq Net TV il-Ħamis 1 ta’ Diċembru u li  matulu hu tkellem dwar l-iskema li biha qed tiġi kritikata l-General Workers’ Union (GWU) – skema li m’għandha x’taqsam xejn mal-Garanzija taż-Żgħażagħ u mal-proġetti tal-Work Programme. Fil-programm ta’ diskussjoni, …

Josef Vella, Kap Eżekuttiv tal-UĦM jwieġeb rigward l-Iskema tax-Xogħol fil-Komunita’

L-iskema li biha qed tiġi kritikata l-General Workers’ Union (GWU) m’għandha x’taqsam xejn mal-Garanzija taż-Żgħażagħ u mal-proġetti tal-Work Programme. Dawn il-proġetti tal-aħħar huma inizjattivi tal-Unjoni Ewropea (xi kultant b’fondi mill-istess Unjoni Ewropea) u li  għandhom x’jaqsmu  mal-miri tal-2020 – l-istrateġija tal-UE għal tkabbir ekonomiku. Josef Vella, Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, stqarr…