fbpx

Il-UĦM tappoġġja bi sħiħ il-professjonalità tal-Allied Health Professionals

F’dawn l-aħħar ġimgħat, speċjalment il-bieraħ, Paul Pace, il-President tal-Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN) ħareġ jhedded li se jwaqqaf il-ħasil tal-pazjenti jekk l-Allied Health Professionals ma jibdlux l-work practices tagħhom.

F’dan ir-rigward, il-UĦM Voice of the Workers qed tikkundanna l-aġir u t-theddid bħal dan li jiġi minn union li, sa ftit xhur ilu, aspirat li tirrapreżenta lil dawn il-ħaddiema. Iżda l-MUMN tilfet l-elezzjoni kif ukoll każ fil-Qorti fuq hekk.

Il-UĦM Voice of the Workers qed turi appoġġ sħiħ ma’ dawn l-Allied Health Professionals, speċjalment mal-Ispeech Language Pathologists u se tkun qed tintervjeni fejn work practices jew kundizzjonijiet jipprovaw jittiefsu meta l-management ifettillu jċedi għall-biża ta’ theddid mis-Sur Pace.

Intant, l-Ispeech Language Pathologists u Allied Health Professionals oħrajn, bħal Occupational Therapists u Physiotherapists, qed jingħataw struzzjoni sabiex ikomplu jimxu skont il-work practices internazzjonali. Fil-fatt, jekk dawn il-professjonisti jitolbu li pazjent għandu jkun supervised waqt xi rutina, dawn jibqgħu jagħmlu hekk.

Dawn it-tliet professjonijiet, li huma parti integrali mill-Allied Health Professionals, ta’ kuljum jassesjaw pazjenti u fejn, fl-opinjoni professjonali tagħhom, jidhrilhom li, per eżempju, meta l-pazjent jingħata l-ikel dan għandu jkun under supervision mill-infermier tas-sala ħalli jipprevenji mir-riskju li pazjent jifga, l-infermieri jintalbu sabiex jagħmlu hekk.

Is-Sur Pace qed jipprova jwaqqaf milli dan isir, b’riskju fuq il-pazjent u kontra kull work practice internazzjonali.

Sadattant, il-UĦM Voice of the Workers se tibqa’ issegwi dan il-każ u se tintervjeni fejn jittiefsu l-irwolijiet ta’ dawn il-professjonisti.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment