fbpx

Drittijiet tal-konsumatur

Ftit taż-żmien ilu fil-parlament kien qed jiġi diskuss l-abbozz ta’ liġi dwar proċedimenti kollettivi. Dan l-abbozz ta’ liġi hu wieħed favur il-konsumatur u jagħti d-dritt li flimkien ma’ persuni oħrajn jipproteġi ruħu fil-qorti.

Hu fatt magħruf li l-konsumaturi jridu jkunu konvinti li fis-suq irid ikun hemm “fair play”, biex ma jkunx hemm tensjoni bejn il-konsumaturi u l-bejjiegħa.

Il-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) dejjem kienet konxja li s-suq jrid jitmexxa b’ġustizzja. Kien għalhekk li dejjem saħqet li l-interessi tal-konsumaturi jridu jkunu mħarsa minn awtorita indipendenti ħaġa li seħħett xi żmien ilu.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment