Tfaddil illum għall-pensjoni ta’ għada

  Meta nisma’ l-kelma pensjoni – u din tissemma’ ftit mhux ħażin, moħħi mill-ewwel imur għall-karta anzjan, li naħseb ħafna jippreferu tissejjaħ il-karta tat-terza età għax din tax-xjuħija bla dubju li mhux kulħadd tinżillu tajjeb, għalkemm hija dgħajsa li kulħadd jasalu ż-żmien li jirkeb fuqha! Imma, hi x’inhi, hija l-ewwel pass li jqarreb għall-pensjoni! Hija…

Dewmien fl-iffirmar tal-ftehim kollettivi tal-entitajiet tal-Gvern u tas-servizz publiku

Dan l-aħħar tħabbar li t-Taqsima Entitajiet Publiċi tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) kien ser ikollha tieħu passi industrijali mhux biss għax il-ftehim kollettiv tal-ħaddiema ta’ l-Awtorita’ dwar il-Mediċini kien ilu snin itawwal biex jiġi konkluż. Hekk qed jiġri f’Entitajiet oħra. Anki l-Ftehim Kollettiv tas-Servizz Publiku ilu żmien jiġi negozjat u għadu mhux iffirmat.

Il-UĦM tordna Azzjonijiet Industrijali ġewwa l-Awtorita’ tal-Mediċini

It-Taqsima Entitajiet Pubbliċi tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) ordnat azzjonijiet industrijali lill-ħaddiema li jaħdmu ġewwa l-Awtorita’ tal-Mediċini.