Il-lista l-ġriża hija tagħna lkoll

L-aħbar li Malta tpoġġiet fil-lista l-griża mill-FATF hi daqqa mortali għar-reputazzjoni tal-pajjiż li setgħet ġiet evitata għax is-sħab iswed ilu jidher sa mill-2016 iżda t-twissijiet li kienu saru fosthom mill-UĦM Voice of the Workers ma ttieħdux bis-serjetà. Ir-reputazzjoni ta’ Malta ilha sejra lura b’sensiela ta’ skandli ta’ korruzzjoni u governanza ħażina fosthom il-ftehim dwar il-privatizzazzjoni…

UĦM Voice of the Workers bi sħubija mal-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal u ĠEMMA dwar l-edukazzjoni dwar il-kapaċità finanzjarja

Il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal u l-UĦM Voice of the Workers illum iffirmaw sħubija strateġika biex jaħdmu flimkien, permezz ta’ ĠEMMA (il-pjattaforma tal-edukazzjoni dwar il-kapaċità finanzjarja tal-Gvern), lejn it-titjib tal-kapaċità finanzjarja personali taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin matul l-avvenimenti tal-ħajja, inkluż l-irtirar, biex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet finanzjarji infurmati aħjar li jaqblu…