Direttivi lill-ħaddiema tal-Università ta’ Malta

Minn għada l-Ġimgħa 5 ta’ Jannar 2024, se jidħlu fis-seħħ sensiela ta’ direttivi għall-ħaddiema amministrattivi, tekniċi u industrijali fl-Università ta’ Malta. Il-UHM Voice of Workers ħadet dan il-pass b’riżultat ta’ tilwima industrijali li kienet reġistrata fis-27 ta’ Novembru li għadda. Il-kwistjoni nqalgħet wara li t-tmexxija tal-Università kif ukoll il-Ministeru tal-Edukazzjoni baqgħu ikaxkru saqajhom biex jiġi…

Avviż dwar l-istrajk tal-għalliema

B’riferenza għall-istrajk tal-għalliema ta’ nhar it-Tnejn li ġej 27 ta’ Novembru, u fl-isfond tal-komunikat li ħareġ il-Ministeru tal-Edukazzjoni fejn ġie deċiż li dakinhar mhux se jkun hemm trasport tal-iskejjel, il-UHM Voice of the Workers tinnota li jista’ jkun hemm ġenituri li jaħdmu li jkollhom diffikultà biex iwasslu t-tfal tagħhom l-iskola. Dan bil-konsegwenza li ma jaslux…

Malta Ġusta se tfisser budget ta’ ingann

Bil-flus li tajna lil Steward u Vitals konna nagħmlu budget ieħor ta’ €500 miljun Il-UHM Voice of the Workers tinsab ferm diżappuntata li l-Gvern ma’ laqax it-talba li ma jibqax jintaxxa l-kumpens għall-għoli tal-ħajja (COLA). Din kienet miżura li kellha tħalli €30 miljun fil-bwiet tal-familji Maltin u Għawdxin li kienu tant meħtieġa għalihom biex itaffu…

Tkomplix tiddiskrimina mal-ħaddiema sospiżi

Il-UHM Voice of the Workers tinnota li r-regolamenti tad-dixxiplina l-ġodda tas-Servizz Pubbliku baqgħu ma jindirizzawx problemi serji li ilhom ikarkru snin sħaħ. Dan minkejja li l-UHM ilha tinsisti sabiex isiru l-emendi meħtieġa.  Waħda mill-emendi prinċipali hija li uffiċjali pubbliċi jiġu sospiżi b’nofs paga bażika meta jkunu taħt xi investigazzjoni jew proċess kriminali.  Permezz tal-prinċipju fundamentali…

Gaetano Tanti – Għalina li ġejna mrawwmin fit-trejdunjonizmu taħtu, llum tlifna missier

Il-UĦM Voice of the Workers issellem lil Gaetano Tanti, eks President tal-UHM Voice of the Workers li miet fl-età ta’ 66 sena. Gaetano Tanti, kien strumentali għal-UHM Voice of the Workers fejn ħadem għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet industrijali u djalogu soċjali. Fil-karriera twila tiegħu jibqa’ mfakkar mhux biss għall-kontribut fil-qasam trejdjujonistiku iżda fuq kollox għall-ħila tiegħu li…

Inkjesta pubblika tista’ tidentifika nuqqasijiet istituzzjonali

Il-UHM Voice of the Workers tixtieq turi sogħba tagħha għal kull mewt u inċident li jsir fuq il-post ta’ xogħol, liema inċidenti huma l-aktar fis-settur tal-kostruzzjoni. Il-UHM Voice of the Workers tappella biex is-settur tal-kostruzzjoni jagħmel riformi u liġijiet biex l-ħaddiema f’dan il-qasam jkunu salvagwardjata. Għandu jkun hemm emendi leġislattivi bil-għan li l-OHSA jkunu involuti…

Il-COLA u l-Bolla m’għandhomx ikunu intaxxati

Iż-żieda għall-għoli tal-ħajja għandha tingħata kollha u m’għandiex tibqa’ tiġi intaxxata għax fil-preżent parti minn dan il-kumpens qed jerġa’ jmur fil-but tal-Gvern. Bl-istess mod il-ħlas li jmur għall-kontribuzzjoni soċjali, jiġifieri l-bolla, m’għandux ikun intaxxat. Il-UHM Voice of the Workers għamlet dan l-appell waqt konferenza fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem li matulha kienu diskussi temi attwali fosthom…

Il-UHM se tieħu sehem fil-protesta nazzjonali

Il-UHM Voice of the Workers se tieħu sehem fil-protesta nazzjonali li se ssir nhar il-Ħadd li ġej fil-Belt, li ssejħet wara d-deċiżjoni storika tal-Qorti li annullat il-ftehim tal-isptarijiet bejn il-Gvern u Steward Health Care.  Barra minn hekk il-UHM se tkun qed tattendi wkoll fl-isfond tal-kawża separata li fetħet kontra l-Gvern, wara li dan tal-aħħar ma…

Ftehim kollettiv għal-Kurja tal-Arċisqof

Il-Kurja tal-Arċisqof u l-Union Ħaddiema Magħqudin innegozjaw u kkonkludew ftehim kollettiv ġdid għall-impjegati tal-Kurja u t-Tribunal Ekkleżjastiku li jkopri s-snin 2023-2025. Dan il-ftehim ġie ffirmat nhar it-12 ta’ Jannar mis-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, is-Sur Michael Pace Ross u l-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers, is-Sur Josef Vella. Dan il-ftehim jirrikonoxxi l-kompetenza, l-esperjenza u…