L-Awtoritajiet tas-Saħħa u l-Gvern qed jilagħbu bil-ħajja tal-Pazjenti

Il-UĦM Voice of the Workers nhar it-Tlieta 9 ta’ Marzu 2021 ġiet avżata mill-amministrazzjoni  ta’ Mater Dei illi ser inaqqsu l-kwarantina għall-Professjonisti tas-Saħħa minn 14-il ġurnata għal  5 ijiem. Din il-Union xtaqet aktar informazzjoni fuq dan u mil-ewwel bagħtet email fejn staqsiet:  1. X’inhi d-deċiżjoni meħuda, għal min?  2. Min ħa din id-deċiżjoni?  3. X’evidenza…

Direttiva favur il-Familja

Ħaddiema tas-servizz u s-settur pubbliku li għandhom tfal ta’ 12-il sena jew anqas u li m’għandhomx min jieħu ħsiebhom waqt il-ħin tax-xogħol qed jingħataw direttiva mill-UĦM Voice of the Workers biex jaħdmu mid-dar. Dan il-pass ittieħed fid-dawl tal-mod kif qed ikunu implimentati id-direttivi li tħabbru fl-aħħar jiem b’rabta mal-COVID-19 għall-ħaddiema fis-settur u s-servizz pubbliku. Filwaqt…

Direttiva fuq Remote Working

Il-UĦM Voice of the Workers tilqa’ l-istqarrija li saret mis-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar li kkonferma li kull minn jista’ jagħmel xogħol bit-teleworking se jkun qed jingħata din il-possibbiltà. Barra minn hekk il-Union tilqa’ wkoll il-fatt li l-ħaddiema li se jkunu qed jingħataw din il-faċilità mhux se jitteħdilhom xejn mill-allowances tagħhom. Dawn l-assikurazzjonijiet ingħataw fid-dawl…

Id-direttiva tar-remote working għandha titħaddem b’mod ġust

Il-UĦM Voice of the Workers kitbet lill-Gvern biex tassigura li d-direttiva tar-remote working li reġgħet daħlet fis-seħħ minħabba l-COVID-19 titħaddem b’mod ġust u mhux bħal ma seħħ is-sena li għaddiet. Il-Kap Eżekuttiv Josef Vella għamel din it-talba f’ittra lis-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar. Filwaqt li l-UĦM temmen bis-sħiħ li din hi miżura neċessarja sabiex tiġi…

Dgħajjef, tard u reattiv

Filwaqt li tilqa’ d-deċiżjoni tal-Gvern li sa fl-aħħar ħarrax il-ġlieda kontra l-COVID-19, il-UĦM Voice of the Workers tħoss li dawn kienu miżuri  dgħajfa,  li misshom ittieħdu qabel u li huma reattivi. Minkejja n-numru rekord ta’ infezzjonijiet ġodda, it-total ta’ każijiet attivi u rata ta’ mortalità dejjem tiżdied, il-miżuri mħabbra issa mhumiex  stretti daqs dawk ta’…

Sospiżi l-azzjonijiet industrijali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali

UĦM Voice of the Workers qed tissospendi l-azzjonijiet industrijali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali wara l-intervent tal-Ministru Edward Zammit Lewis, sabiex jinstab żblokk. Intant, il-UĦM irċeviet garanzija li l-ftehim kollettiv se jibda jgħodd mill-1 t’Ottubru 2020 u se jkun hemm serje ta’ laqgħat sabiex għall-ewwel darba jiġi ffirmat l- ftehim storiku tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Il-UĦM tappella għal…

Firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet industrijali mill-UĦM wara aġir irresponsabbli tal-Gvern

UĦM Voice of the Workers mil-lum eskalat sensiela ta’ azzjonijiet industrijali li jinvolvu aktar minn 1,300 ħaddiem fid-dawl tal-aġir tal-Gvern li ma jridx jindirizza kwistjonijiet li ilhom pendenti għal diversi snin filwaqt li mhux qed iżomm kelmtu fuq ftehim li ntlaħqu xhur ilu.  Dawn l-azzjonijiet jinvolvu lill-allied health professionals, emergency ambulance responders u l-impjegati ta’…

Eskalati l-azzjonijiet industrijali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali

L-azzjonijiet industrijali mill-UĦM Voice of the Workers fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali se jiħraxu wara li l-gvern injora għal kollox it-talba tal-professjonisti li jaħdmu f’din l-istituzzjoni biex ikollhom kundizzjonijiet xierqa u dinjitużi. Għalhekk b’seħħ minn nhar it-Tnejn 22 ta’ Frar,  l-avukati u l-prokuraturi legali mhux se jkunu qed jidhru u mhux se jattendu għas-smigħ tal-każi fil-Qorti tal-Appell…

Id-direttiva li passiġġieri fuq il-Gozo Channel jibqgħu fil-karozza għandha tkun irtirata

 Il-UĦM Voice of the Workers qed titlob biex id-direttiva li matul il-jiem tal-Karnival il-passiġġieri abbord il-vapuri tal-Gozo Channel “ikunu mħeġġa” jibqgħu fil-karozzi matul il-vjaġġ tkun irtirata immedjatament. Dan minħabba l-fatt li prattika bħal din tmur kontra konvenzjonijiet marittimi internazzjonali dwar is-sigurtà kif ukoll il-protokolli tal-Gozo Channel innifisha. Id-direttiva kienet tħabbret mill-Prim Ministru Robert Abela f’konferenza…