“Tibqax tagħmel il-ħsara lil Malta”

“Tkunx supperv u agħti widen lil min irid jara l-ġid sabiex ikun hemm governanza tajba fil-pajjiż. Tibqax tagħmel il-ħsara lil Malta.” Hekk  saħaq Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers waqt diskors matul il-konferenza ta’ Jum il-Ħaddiem bit-tema “Ħidma b’Viżjoni – Mill-Kliem għall-Fatti” li saret fl-Istitut  Kattoliku, il-Furjana. Josef Vella tkellem dwar…

Il-UĦM tiddeplora l-aġir tal-GWU

Waqt li taqbel mal-General Workers’ Union (GWU) li ħadd ma għandu jitkeċċa minħabba li obda direttiva tal-union, il-UĦM Voice of the Workers tifhem li l-management tal- Agency for the Welfare of Asylum Seekers (AWAS) indirizza din is-sitwazzjoni minħabba li l-ħaddiema imsemmija ngħatat lura l-post ta’ xogħol tagħha. Il-UĦM tiddeplora l-aġir tal-GWU għax qed tuża din…

Il-UĦM tappella lill-Gvern biex jieqaf jagħmel ħsara lil Malta

“Ma nistgħux  naċċettaw l-attitudni ħażina tal-Gvern li qed tkisser il-governanza”. Dan  sostnih Josef Vella, Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, f’konferenza tal-aħbarijiet li matulha fisser  ir-raġunijiet għaliex din il-union se tkun qed tipparteċipa fid-Dimostrazzjoni Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni ta’ nhar il-Ħadd 10 ta’  April 2016. Josef  Vella stqarr li wara li semgħet l-opinjoni tal-membri…