Il-ħaddiema tal-Aġenzija tal-Qorti ddiżappuntati minħabba dewmien

It-Taqsima Ħaddiema tal-Gvern fi ħdan il-UĦM Voice of the Workers irreġistrat tilwima industrijali fl-Aġenzija tal-Qorti. It-taqsima waslet għal din id-deċiżjoni minħabba dewmien min-naħa tal-amministrazzjoni, u mill-Industrial Relations Unit sabiex jiġi konkluż id-dokument wara taħditiet li kienu saru dwar il-ftehim kollettiv. Barra min hekk hemm id-diżappunt kbir għal-mod ta’ kif qed jiġu ttrattati n-negozjati fil-konfront ta’…

Ħaddiema ta’ Steward u VGH jingħataw l-istess kundizzjonijiet bħall-impjegati tal-Gvern

Ħaddiema ta’ Steward Health Care se jibdew igawdu mill-istess drittijiet u kundizzjonijiet tax-xogħol bħall-impjegati tas-settur pubbliku bis-saħħa ta’ ftehim li ntlaħaq mill-UĦM Voice of the Workers. Josef Vella, CEO tal-UĦM iddeskriva dan l-iżvilupp bħala rebħa mhux biss għall-union u għall-ħaddiema, iżda wkoll għal dawk kollha li jemmnu fil-prinċipju ta’ ħlas indaqs għal xogħol indaqs. “Dan…

UĦM tingħata raġun fuq il-ħlas tas-sick leave

Impjegati tal-gvern li jaħdmu l-Isptar San Luqa u Karin Grech li huma mmexxija minn Steward Health Care mhux se jibqa’ jitnaqqsilhom il-ħlas tas-sick leave, grazzi għall-intervent tal-UĦM Voice of the Workers. Taħt din il-prattika li tmur kontra l-liġi tax-xogħol, kull meta impjegati jkunu fuq sick leave għal erbat ijiem jew aktar, kienu qed jitħallsu biss…

Sick leave mnaqqas illegalment lill-impjegati ta’ Steward

Impjegati tal-gvern li jaħdmu fit-tliet sptarijiet immexxija minn Steward Health Care mhux qed jitħallsu s-sick leave kollu bi ksur tal-liġi tax-xogħol. Jirriżulta li kull meta impjegati jkunu fuq sick leave għal erbat ijiem jew aktar, dawn qed jitħallsu biss għall-ewwel tlett ijiem. Konsegwentement, f’każ ta’ mard fit-tul l-impjegati qed ikollhom tnaqqis fil-paga. Il-UĦM Voice of…