IL-UĦM issaqsi: Min se joffri protezzjoni jekk mhux id-DIER?

Il-UĦM Voice of the Workers turi tħassib serju meta fl-aħħar ġimgħat intalab l-intervent ta’ l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjiegi (DIER) u ma sabx is-sapport mixtieq li ħaqqu il-ħaddiem. Fil-5 ta’ Mejju 2022 il-UĦM ressqet rapport bil-miktub fejn ħaddiema li jaħdmu bħala Seaman ma’ Signal 8 (kuntrattur li joffri servizz lil Gozo Channel)…