L-MUMN tkompli tfixkel milli l-Allied Health Professionals jilħqu ftehim

L-Allied Health Professionals huma ddiżgustati li proċess li huwa skont il-liġi tax-xogħol u kellu jieħu biss 28 ġurnata, ittawwal għal 72 ġurnata sakemm il-UĦM irċeviet l-għarfien ewlieni ta’ dan il-grupp.  Dan id-dewmien kien riżultat ta’ diversi oġġezzjonijiet li għamlet il-MUMN tul il-proċess. Jidher li l-MUMN ma kinitx kuntenta u tixtieq tkompli ttawwal dan iż-żmien permezz…

Is-sens komun jipprevali

Rebħa kbira oħra għall-UĦM Voice of the Workers hekk kif ġie kkomunikat l-aħbar li hi kisbet l-għarfien ewlieni biex tirrapreżenta l-Allied Health Professionals (AHP) kollha. F’komunikat li ntbagħat mill-Gvern, intqal li wara li kienet saret talba għall-għarfien ewlieni għall-Allied Health Professionals, irriżulta li l-UĦM Voice of the Workers kisbet 58 fil-mija tal-AHP bħala l-membri tagħha….

Il-UĦM tissospendi d-direttivi wara impenn mill-Gvern

Illum wara nofs inhar, il-UĦM kellha laqgħa mal-Prim Ministru dwar il-kwistjoni tal-għarfien ewlieni tal-Allied Health Professionals (AHP). F’din il-laqgħa, kemm min-naħa tal-Gvern kif ukoll min-naħa tal-UĦM, saru diversi argumenti dwar din il-kwistjoni b’uħud minnhom ta’ natura legali. Il-UĦM saħqet li r-rapport maħruġ mid-DIER ikkonferma li hi għandha 58 fil-mija tal-ħaddiema bħala Allied Health Professionals. Il-UĦM…

Tilwima mal-Gvern mhux mal-MUMN

Il-UĦM Voice of the Workers bagħtet dan id-dritt ta’ risposta, għall-artiklu maħruġ mil-portal tal-ONE News, hekk kif issibu mehmuż ma’ din l-istqarrija: Din il-union kienet tistenna li qabel l-portal tal-One jippublika storja li tikkonċerna lilha, l-etika ġurnalistika titlob li jiġu vverifikati l-fatti. Ngħarrfek illi l-UĦM Voice of the Workers għandha tilwima mal-Gvern li wara li…

Il-UĦM għandha 58 fil-mija tal-grupp kollu tal-AHP

Il-UĦM Voice of the Workers ilbieraħ irċeviet ir-rapport rigward it-talba tal-għarfien ewlieni għall-Allied Health Professionals (AHP). Ir-rapport jikkonferma li l-UĦM għandha 58 fil-mija tal-grupp kollu tal-AHP. Għaldaqstant din il-union dalgħodu kitbet lis-Segretarju Permanenti fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u tat 24 siegħa ċans sabiex jingħata l-għarfien ewlieni lil din il-union. Dan sabiex ma jkunx hemm aktar dewmien bla bżonn…

Il-UĦM tgawdi l-maġġoranza tal-Allied Health Professionals

Laqgħa li llum kellha tikkomunika r-riżultat fuq it-talba tal-UĦM Voice of the Workers għar-rikonoxximent tas-settur tal-Allied Health Professionals (AHP), spiċċat biex ma ġie kkomunikat xejn. Dan wara li d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet  Industrijali (DIER) ma kellux direzzjoni jekk is-settur tal-AHP għandux jibqa’ jiġi kunsidrat bħala settur wieħed jew le. Ħareġ biċ-ċar li d-DIER tilef l-awtonomija tiegħu u …