fbpx

Is-sens komun jipprevali

Rebħa kbira oħra għall-UĦM Voice of the Workers hekk kif ġie kkomunikat l-aħbar li hi kisbet l-għarfien ewlieni biex tirrapreżenta l-Allied Health Professionals (AHP) kollha.
F’komunikat li ntbagħat mill-Gvern, intqal li wara li kienet saret talba għall-għarfien ewlieni għall-Allied Health Professionals, irriżulta li l-UĦM Voice of the Workers kisbet 58 fil-mija tal-AHP bħala l-membri tagħha.
Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, ikkummenta li sa fl-aħħar, rebaħ is-sens komun u d-demokrazija industrijali rrenjat.
Hu rringrazzja lill-uffiċjali ta’ UĦM Voice of the Workers, partikularment lill-Assistenti Diretturi Gian Paul Gauci u Mario Sacco, kif ukoll lill-kumitat li jirrappreżenta lill-ħaddiema membri fi ħdan l-AHP, għall-ħidma sfiqa li wettqu f’dawn l-aħħar ġimgħat sabiex il-kwistjoni tissolva darba għal dejjem. Josef Vella rringrazzja wkoll lill-AHP kollha tal-fiduċja li wrew fil-UĦM Voice of the Workers.
Intant din il-union issa qed titlob lill-Gvern sabiex in-negozjati jissoktaw malajr kemm jista’ jkun ħalli l-Allied Health Professionals, fl-aħħar mill-aħħar, ikollhom ftehim kollettiv li jkopri kundizzjonijiet xierqa u dinjitużi.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment