Tibdil fil-Kundizzjonijiet tax-Xogħol għandhom jiġu diskussi mal-Union

Il-UĦM Voice of the Workers, il-bieraħ bagħtet ittra lis-Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Tony Sultana, sabiex issir laqgħa biex tiddiskuti tibdil fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema kollha tas-Servizz Pubbliku. Fil-Ġimgħa li għaddiet, is-Segretarju Permanenti Ewlieni, flimkien mat-tim tiegħu, ltaqa’ mal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku fejn stqarr illi “Is-servizz pubbliku se jimbarka fuq proċess biex ir-regolamenti tad-dixxiplina jiġu riveduti.” Aktar tard…

Stedina Konferenza Nazzjonali Straordinarja

Għażiż/a Delegat, Nixtieq navżak illi ġiet imsejħa Konferenza Nazzjonali Straordinarja mill-Bord Eżekuttiv skont l-Istatut tal-Union. Permezz ta’ din l-ittra qed ninfurmak illi int ġejt magħżul bħala delegat tal-Union mill-uffiċjal tat-Taqsima tiegħek (manager) u għaldaqstant qed tiġi mistieden sabiex tattendi għal din il-Konferenza Nazzjonali Straordinarja. Din il-Konferenza ser issir nhar l-Erbgħa 28 ta’ Lulju, 2021 mid-9:00am…

Tilwima industrijali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali

UĦM Voice of the Workers iddikjarat tilwima industrijali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u mhux eskluż li jinħarġu direttivi għal azzjoni industrijali. Dan jekk il-maniġment jibda’ jinjora sejħiet għal negozjati fuq kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar tal-professjonisti legali f’din l-entità waqt li qed jgħabbihom b’responsabbiltajiet oħra. L-Unjin li għandha l-għarfien uffiċjali kienet kostretta tieħu dan il-pass wara li għal…

Mandat intenzjonat biex ifixkel

Fis-27 ta’ Awwissu 2020, l-MUMN fetħu mandat t’inibizzjoni sabiex iwaqqfu lill-Gvern milli jagħti kundizzjonijiet aħjar lill-professjonisti tas-saħħa. Dan sar f’inqas minn sena minn meta l-MUMN kien fetaħ mandat ieħor fuq l-istess raġuni u kien tilfu wkoll. Illum, il-Qorti reġgħet tenniet li l-MUMN ma kellhiex raġun u għaldaqstant dan it-tieni mandat reġa’ ma ntlaqax. Id-digriet tal-lum…

Ħtieġa ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ managers li kapaċi jaħdmu fid-dinja diġitali

“Jeħtieġ li jkollna ġenerazzjoni ġdida ta’ managers li kapaċi jaħdmu fid-dinja diġitali”. Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, waqt laqgħa li l-management tal-UĦM kellu mal-Ewro Parlamentari Laburista Alex Agius Saliba fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana l-Ħamis 25 ta’ Ġunju 2020. L-iskop tal-laqgħa kien biex issir diskussjoni fuq rapport li l-Ewro Parlamentari Laburista qed jaħdem fuqu…

Il-UĦM issellem lil Tony Castillo – isem sinonimu mal-ġustizzja favur il-ħaddiema

UĦM Voice of the Workers issellem il-memorja ta’ Tony Castillo, membru attiv fil-Bord Eżekuttiv tal-union, li miet fl-għomor ta’ 70 sena t-Tnejn 22 ta’ Ġunju 2020. Tony Castillo kien bniedem determinat u dak kollu li kien jagħmel kien iwettqu mill-qalb. Jekk kien hemm kawża ġusta, Tony kien jidħlilha b’ruħu u ġismu. Tony Castillo kien raġel lest biex…

Unur ieħor għal Malta u għal UĦM Voice of the Workers

Il-UĦM Voice of the Workers tifraħ lil Dr.  Philip von Brockdorff wara li għadu kif inħatar rapporteur ewlieni tal-Istrateġija Annwali dwar it-Tkabbir Sostenibbli tal-Unjoni Ewropea. Dr. von Brockdorff huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Ekonomija fl-Università ta’ Malta kif ukoll rappreżentant ta’ din  il-union fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tal-UE. Din il-ħatra qed tiżdied ma’ oħrajn li Dr. von Brockdorff  ġew fdati lilu u…

Id-DIER mitlub jiċċara dwar l-employers li ma ħallsux l-€400

Il-UĦM Voice of the Workers illum bagħtet komunikat bil-miktub lid-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi (DIER) dwar il-proċess u tagħrif abbinat ma’ dawk il-ħaddiema li ħadu l-wage supplement ta’ €800. Il-patt soċjali miftiehem mal-Gvern kien li l-Gvern jagħti €800 u min iħaddem jagħti €400. Wara li qed ikollha diversi mistoqsijiet u lmenti mingħand ħaddiema li mhux qed…

Mini-budget li ma indirizzax biżżejjed lill-ħaddiema u l-familji tagħhom

Il-Gvern ħaseb iżjed fin-negozji u naqas milli jgħin lill-ħaddiema u l-familji tagħhom. Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers fl-ewwel reazzjoni tiegħu dwar il-pjan għar-riġenerazzjoni tal-ekonomija mħabbar mill-Gvern it-Tnejn 8 ta’ Ġunju 2020. Hu qal li l-wegħda li għamel il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali  (MCESD) biex jitħallsu l-€400 min-naħa ta’ min…