Front wieħed tal-unions favur il-ħaddiema

Il-Forum Unions Maltin, il-General Workers Union, il-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin, flimkien mal-UHM Voice of the Workers qed jitolbu laqgħa mal-Gvern biex ikun diskuss mekkaniżmu ġdid taż-żieda tal-għoli tal-ħajja (COLA) f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Din l-inizjattiva qed tittieħed fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti u bla preċedent li wasslet biex il-COLA fil-Budget li ġej se tkun qed titla’ għal livell rekord…