Il-ħaddiema tal-Qorti se jibdew jitlaqqmu fi żmien ġimgħatejn

Il-ħaddiema tal-Qorti se jibdew jingħataw it-tilqima kontra l-COVID-19 fi żmien ġimgħatejn. Din il-konferma waslet wara li għal diversi ġimgħat il-UĦM Voice of the Workers kienet f’komunikazzjoni mal-amministrazzjoni tal-Qorti dwar din il-kwistjoni. Din l-insistenza biex il-ħaddiema jitlaqqmu saret minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom li jesponihom għal riskju minħabba l-kuntatt kontinwu mal-pubbliku.

L-Awtoritajiet tas-Saħħa u l-Gvern qed jilagħbu bil-ħajja tal-Pazjenti

Il-UĦM Voice of the Workers nhar it-Tlieta 9 ta’ Marzu 2021 ġiet avżata mill-amministrazzjoni  ta’ Mater Dei illi ser inaqqsu l-kwarantina għall-Professjonisti tas-Saħħa minn 14-il ġurnata għal  5 ijiem. Din il-Union xtaqet aktar informazzjoni fuq dan u mil-ewwel bagħtet email fejn staqsiet:  1. X’inhi d-deċiżjoni meħuda, għal min?  2. Min ħa din id-deċiżjoni?  3. X’evidenza…

Direttiva favur il-Familja

Ħaddiema tas-servizz u s-settur pubbliku li għandhom tfal ta’ 12-il sena jew anqas u li m’għandhomx min jieħu ħsiebhom waqt il-ħin tax-xogħol qed jingħataw direttiva mill-UĦM Voice of the Workers biex jaħdmu mid-dar. Dan il-pass ittieħed fid-dawl tal-mod kif qed ikunu implimentati id-direttivi li tħabbru fl-aħħar jiem b’rabta mal-COVID-19 għall-ħaddiema fis-settur u s-servizz pubbliku. Filwaqt…

Direttiva fuq Remote Working

Il-UĦM Voice of the Workers tilqa’ l-istqarrija li saret mis-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar li kkonferma li kull minn jista’ jagħmel xogħol bit-teleworking se jkun qed jingħata din il-possibbiltà. Barra minn hekk il-Union tilqa’ wkoll il-fatt li l-ħaddiema li se jkunu qed jingħataw din il-faċilità mhux se jitteħdilhom xejn mill-allowances tagħhom. Dawn l-assikurazzjonijiet ingħataw fid-dawl…

Id-direttiva tar-remote working għandha titħaddem b’mod ġust

Il-UĦM Voice of the Workers kitbet lill-Gvern biex tassigura li d-direttiva tar-remote working li reġgħet daħlet fis-seħħ minħabba l-COVID-19 titħaddem b’mod ġust u mhux bħal ma seħħ is-sena li għaddiet. Il-Kap Eżekuttiv Josef Vella għamel din it-talba f’ittra lis-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar. Filwaqt li l-UĦM temmen bis-sħiħ li din hi miżura neċessarja sabiex tiġi…

Dgħajjef, tard u reattiv

Filwaqt li tilqa’ d-deċiżjoni tal-Gvern li sa fl-aħħar ħarrax il-ġlieda kontra l-COVID-19, il-UĦM Voice of the Workers tħoss li dawn kienu miżuri  dgħajfa,  li misshom ittieħdu qabel u li huma reattivi. Minkejja n-numru rekord ta’ infezzjonijiet ġodda, it-total ta’ każijiet attivi u rata ta’ mortalità dejjem tiżdied, il-miżuri mħabbra issa mhumiex  stretti daqs dawk ta’…