fbpx

L-Awtoritajiet tas-Saħħa u l-Gvern qed jilagħbu bil-ħajja tal-Pazjenti

Il-UĦM Voice of the Workers nhar it-Tlieta 9 ta’ Marzu 2021 ġiet avżata mill-amministrazzjoni  ta’ Mater Dei illi ser inaqqsu l-kwarantina għall-Professjonisti tas-Saħħa minn 14-il ġurnata għal  5 ijiem. Din il-Union xtaqet aktar informazzjoni fuq dan u mil-ewwel bagħtet email fejn staqsiet: 

1. X’inhi d-deċiżjoni meħuda, għal min? 

2. Min ħa din id-deċiżjoni? 

3. X’evidenza xjentifika hemm fuq din id-deċiżjoni? 

Dawn il-mistoqsijiet ġew għal kollox injorati u infatti llum il-professjonisti tas-saħħa  kwarantinati għal ħmistax peress li kienu f’kuntatt dirett ma’ nies infettati bil-COVID ġew  ikkuntattjati illi qed jintalbu jagħmlu swab illum stess u jidħlu lura għax-xogħol. Intant, l Assistent Direttur tal-UĦM, Gian Paul Gauci ikkuntattja l-amministrazzjoni ta’ Mater Dei  Hospital fejn ikkonfermaw li nhar it-Tnejn se toħroġ liġi tirrifletti dan u li huma qed iserrħu fuq  dak li qed tgħid il-European Centre for Disease Prevention and Control (ECDC). Infanti, wara din  it-telefonata, ġie kkomunikat li l-awtoritajiet tas-saħħa se jkunu qed idaħħlu professjonisti li  ġew esposti għall-COVID-19 fuq dan l-artiklu tal-ECDC: 

“When taking decisions on quarantine requirements for vaccinated healthcare workers having had  contact with COVID-19 cases without recommended PPE, health authorities should take into  account factors such as the current pressure on the healthcare system including shortages of staff,  the probable protection of vaccinated staff, given the prevalence of potential escape VOCs, the type  of vaccine received [132] and laboratory diagnostic resources. Allowing healthcare workers to  stop working, self-monitor for symptoms and self-quarantine for 14 days should be  considered as a precautionary measure, in accordance with national recommendations. This period may be shortened by evidence of SARS-CoV-2-negative RT-PCR test results. If national  recommendations allow vaccinated healthcare workers to continue working after unprotected  exposure [133], strict compliance with IPC measures, in particular measures aimed at source  control (e.g. universal masking, meticulous hand hygiene, change of PPE between COVID-19  patients) should be emphasised” 

(https://www.ecdc.europa.eu/sites/default/files/documents/Infection-prevention-and-control-in healthcare-settings-COVID-19_6th_update_9_Feb_2021.pdf) 

Il-Union tinnota li ġej: 

• Imkien f’dan l-artiklu ma tissemma’ l-ħamest ijiem li hija terz ta’ dak li qed tissuġġerixxi  l-ECDC. 

• L-ECDC tibqa’ tinsisti li huwa għaqli li l-14 il-ġurnata tibqa’ fis-seħħ.

• Hemm artikli xjentifiċi li qed juru li persuna li hija mlaqqma xorta tista’ tinfetta lill ħaddieħor. Fl-istess dokument hemm imniżżel li ġej: “As vaccine efficacy is not 100%,  some of the people vaccinated against COVID-19 may still become infected with SARS-CoV 2, asymptomatically or symptomatically. While there is evidence of protection against  symptomatic infection, there is currently insufficient evidence of the effect of vaccination  on asymptomatic infection, and therefore on transmission.”

Għaldaqstant, din id-deċiżjoni hija perikoluża, mhux ibbażata fuq xjenza iżda hija biss waħda mill-ħafna deċiżjonijiet ħżiena fost il-paniku li għandu dan il-Gvern. Ta’ min wieħed isemmi li jekk professjonist ikun f’riskju li jinfetta l-pazjenti jew ħaddiema oħra, il-każijiet żgur mhux se jinżlu iżda se jkomplu jikbru. Dawk li huma l-aktar vulnerabbli ser ikunu iżjed esposti għal dan il-Virus.  

Jidher biċ-ċar li kemm l-Awtoritajiet tas-Saħħa kif ukoll l-Gvern qed jilgħabu bil-ħajja tal-ħaddiema u tal-pazjenti. Ir-riskju ta’ infezzjonijiet fl-isptar akut Mater Dei ser jikber u dan kontra kull rakkomandazzjoni tal-WHO u l-ECDC. Huwa fatt li sal-lum ma hemmx evidenza mod  ieħor li turi li min hu vaċċinat ma jistax joħroġlu l-COVID wara ħamest ijiem u għaldaqstant din  id-deċiżjoni hija oħra li taqta’ għad-dritt li se twassal għal aktar tixrid tal-imxija tal-COVID u aktar riskju ta’ mwiet.    

Minnħabba f’hekk, il-UĦM Voice of the Workers se tkun qed titlob laqgħa urġenti mal-Unions l-oħra fi ħdan ic-CMTU u se tkun qed tibgħat ittra uffiċjali lill-ECDC fuq din il-kwistjoni. Il-Union iżżid ukoll illi kienet tistenna li miżuri bħal dawn kellhom l-ewwel jiġu diskussi mal-imsieħba soċjali fi ħdan l-MCESD qabel dawn jiġu introdotti.    

Josef Vella kkonkluda billi qal li “Wieħed jispera li miżura bħal din ma tkomplix tipperikola ssistema tas-saħħa tagħna, il-ħaddiema tas-saħħa tagħna u iġġib l-aħħar miżuri introdotti fix-xejn. Jekk dan jiġri, xi ħadd għandu jerfa’ r-responsabbiltà tagħha.”  

Like this article?

Share on facebook
Share on Facebook
Share on twitter
Share on Twitter
Share on linkedin
Share on Linkdin
Share on pinterest
Share on Pinterest

Leave a comment