Bilanċ aħjar bejn xogħol u familja, impjiegi li jħallsu tajjeb u għaqda bejn il-ħaddiema

L-importanza li jkun hemm bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja, li l-ekonomija toħloq impjiegi li jħallsu tajjeb u li l-ħaddiema ma jħallux il-partiġjaniżmu politiku jifridhom kienu enfasizzati mill-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers Josef Vella. F’intervista li saret bħala parti mill-attivitajiet li l-union organizzat fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem, Vella tkellem dwar l-impatt tal-pandemija, id-djalogu soċjali…

Il-Gvern ma żammx kelmtu mas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali

Il-Gvern qed ikaxkar saqajh biex iwettaq il-proposta tal-manifest elettorali Laburista tal-2017 fejn kien wiegħed li s-Segretarji Eżekuttivi fil-Kunsilli Lokali ikunu inkorporati fi Skala 4 tas-settur pubbliku u jingħataw il-benefiċċji kollha addizzjonali ma’ din l-iskala. Dan wassal biex il-UĦM Voice of the Workers tirrikorri għal azzjonijiet industrijali fejn is-Segretarji Eżekuttivi mhux qed jagħmlu użu minn mezzi…