Il-UĦM mhux se taċċetta bdil fil-ħinijiet tad-duties tal-ħaddiema fl-MPT

It-Taqsima Port u Trasport fi ħdan il-UĦM kitbet uffiċċjalment lill-management tal-Malta Public Transport (Autobuses de Leon) li mhux se taċċetta li l-ħinijiet tad-duties tal-ħaddiema fl-istess kumpanija jinbidlu mingħajr konsultazzjoni mal-ħaddiema u jekk dawn ikunu ta’ detriment għall-ħaddiema.