Jibda l-proġett ta’ tisbiħ fil-Head Office tal-UĦM

Il-UĦM Voice of the Workers bdiet il-proġett ta’ tibdil strutturali kif ukoll xogħol ta’ tisbiħ tal-Head Office tal-UĦM. Din il-union rat kif timxi maż-żminijiet u tadatta għar-realtajiet u l-bżonnijiet tal-lum fejn se tkun qed tibdel il-kmamar, is-sulari, kif ukoll issebbaħ il-bini nnifsu. Intant bħala parti minn dan il-proġett, il-UĦM applikat mal-Awtorita’ tal-Ippjanar għall-ewwel fażi sabiex il-post isir aktar aċċessibbli. Dan…

Kundizzjonijiet u salarji aħjar għall-ħaddiema tal-Freeport

Mill-ftehim kollettiv li ġie ffirmat bejn il-UĦM Voice of the Workers u l-management  tal-Malta Freeport Terminals Limited fil-jiem li għaddew, se jibbenefikaw madwar 600 ħaddiem  u l-familji tagħhom. F’laqgħa li saret dan l-aħħar mal-Kumitat tal-UĦM li  jirrappreżenta l-ħaddiema tal-Freeport, Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, qal li matul ix-xhur ta’ negozjati…

Inraqqgħu l-pannu bil-qargħa aħmar!

Sitwazzjoni imbarazzanti oħra għall-Gvern seħħet proprju ftit tal-jiem ilu meta diversi studjużi tax-xjenza żaru dik li kellha tkun konferenza f’Malta. Iżda malli rifsu pajjiżna, intqalilhom li l-post  inbidel u minflok f’Malta, il-konferenza ġiet trasferita għal New York. L-istudjużi li żaru Malta, b’kollox 11, ġew minn pajjiżi ‘l bogħod bħal il-Kanada, l-Awstralja u l-Istati Uniti, sabiex…

Is-sinerġija bejn it-teknoloġija u x-xogħol diskussa f’seminar Ewropew bis-sehem tal-UĦM

Jeħtieġ li s-sistema edukattiva tiffoka iżjed fuq l-innovazzjoni u l-ħiliet neċessarji sabiex inkunu kapaċi naħdmu iżjed fl-era diġitali. Għaldaqstant it-tfal tagħna għandhom jitrawmu miċ-ċkunija u jkunu edukati iżjed fit-teknoloġija tal-informazzjoni qabel ma jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Dan sostnih, fost oħrajn, Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice  of the Workers f’seminar organizzat minn Krifa, WOW Europe…

Proposta għal paga minima li tagħti valur lill-ħaddiema fid-dinja tax-xogħol

Il-UĦM Voice of the Workers ippreżentat proposta għall-aġġustament tal-paga minima lill-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fid-Dar Ċentrali, Tal-Pieta’ it-Tnejn 6 ta’ Frar 2017. L-istess proposta kienet ippreżentata lill-Prim Ministru f’laqgħa li saret fil-Berġa ta’  Kastilja, il-Belt  fil-jiem li għaddew. F’kelmtejn tal-okkażjoni, il-Kap tal-Oppożizzjoni stqarr li l-Partit Nazzjonalista qed jagħti importanza kbira lill-kwistjoni…