Diskriminazzjoni fost il-ħaddiema fil-Wasteserv

Il-UĦM Voice of the Workers, tisħaq dwar l-importanza li l-ftehim kollettiv tal-Wasteserv ikun implimentat kollu bl-ebda distinzjoni fost il-ħaddiema. Il-UĦM u l-Wasteserv irnexxilhom jindirizzaw id-diskriminazzjoni bejn ħaddiema tal-Wasteserv u dawk tal-kuntrattur li qed jagħtu servizz f’din il-kumpanija. Dan sar bi ftehim, li kien storiku, u li kien ta’ sodisfazzjon għall-ħaddiema kollha mingħajr distinzjoni. Sfortunatament l-istorja irrepetiet…

Seminar tal-UĦM jiddiskuti l-importanza tad-drittijiet soċjali

Il-UĦM Voice of the Workers, b’kollaborazzjoni maċ-Ċentru Ewropew għall-Mistoqsijiet tal-Ħaddiema (EZA), organizzat seminar ta’ jumejn dwar il-kontribut ta’ organizzazzjonijiet tal-ħaddiema fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. L-avveniment sar fil-Lukanda Cavalieri, San Ġiljan bejn il-Ħamis 23 u l-Ġimgħa 24 ta’  Novembru 2017. Fl-introduzzjoni ta’ dan is-seminar, Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the  Workers,  stqarr, fost…

Iffirmat ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika

Wara xhur ta’ negozjati, it-Taqsima tal-Entitajiet Pubbliċi fi ħdan il-UĦM Voice of the Workers u l-management tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO), iffirmaw ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema kollha f’dan l-uffiċċju għall-perijodu 2017-2024. Dan il-ftehim kollettiv ikompli jibni fuq dawk ta’ qablu u, fost oħrajn, qed itejjeb diversi kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema. Il-ftehim jinkludi kundizzjonijiet relatati ma’ family-friendly measures…

Kunsill tal-Ħiliet: għaliex le?

“Hemm bżonn ta’ Kunsill tal-Ħiliet sabiex ikunu analizzati dawk il-ħiliet fis-suq tax-xogħol għall-ġejjieni.” Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, f’seminar organizzat mill-MEUSAC bit-tema The European Commission’s Reflection Paper on the Social Dimension of Europe li sar fil-Lukanda Palace, Tas-Sliema l-Ħamis 9 ta’ Novembru 2017. Fl-introduzzjoni tas-seminar, Vanni Xuereb, il-Kap…

Il-ħaddiema huma s-sinsla tal-ekonomija

  “Il-ħaddiema huma s-sinsla tal-ekonomija Maltija”. Kliem id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina, kandidat għall-elezzjoni ta’ Viċi Kap għall-Ħidma fil-Partit, f’laqgħa li kellu mal-uffiċjali ta’ UĦM Voice of the Workers fil-Head Office tal-UĦM, il-Furjana l-Ġimgħa 3 ta’ Novembru 2017. Għal Toni Bezzina, il-UĦM hi t-tieni dar tiegħu u stqarr li l-ħaddiema huma l-qalba tas-soċjeta’ Maltija. Hu qal li qabel…