Miżuri dwar l-għoli tal-ħajja iżda ftit li xejn fuq viżjoni ekonomika fit-tul u ambjent

Fl-ewwel reazzjoni tagħha għall-Budget 2023, il-UHM Voice of the Workers tinnota li dan kien fih miżuri biex jittaffa l-impatt tal-għoli tal-ħajja imma nieqes minn direzzjoni ekonomika, miżuri ambjentali u viżjoni fit-tul. Il-UHM Voice of the Workers tesprimi s-sodisfazzjon li l-Gvern laqgħa l-proposta xprunata minnha bl-appoġġ tal-unions ewlenin l-oħra dwar il-COLA u biex tkun imħarsa r-relattività…

Tibdil fil-Kundizzjonijiet tax-Xogħol għandhom jiġu diskussi mal-Union

Il-UĦM Voice of the Workers, il-bieraħ bagħtet ittra lis-Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Tony Sultana, sabiex issir laqgħa biex tiddiskuti tibdil fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema kollha tas-Servizz Pubbliku. Fil-Ġimgħa li għaddiet, is-Segretarju Permanenti Ewlieni, flimkien mat-tim tiegħu, ltaqa’ mal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku fejn stqarr illi “Is-servizz pubbliku se jimbarka fuq proċess biex ir-regolamenti tad-dixxiplina jiġu riveduti.” Aktar tard…