Il-Gvern qed jonqos mill-obbligi legali tiegħu lejn ħaddiema li jaħdmu fl-isptarijiet tiegħu stess

Il-ħaddiema kollha li fl-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena kellhom jiġu trasferiti minn ma’ Steward Health Care għal mal-Gvern, skont ftehim milħuq mill-UĦM Voice of the Workers, ippreżentaw petizzjoni lid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne. Dan wara li l-Gvern ma onorax dan il-ftehim li kien intlaħaq f’Novembru tas-sena li għaddiet b’detriment għal dawn…

Il-UĦM tikkundanna l-attakk fuq uffiċjal ta’ Transport Malta

Il-UĦM Voice of the Workers tikkundanna l-attakk kodard li kien hemm nhar is-Sibt li għadda fuq uffiċjal tal-infurzar ta’ Transport Malta waqt il-qadi ta’ dmirijietu fl-Imrieħel minn ħaddiema ta’ kuntrattur lokali.  Huwa inaċċettabbli li persuna jmur għal ġurnata xogħol u jkun attakkat, umiljat jew imxekkel milli jaħdem b’xi mod. Ġara x’ġara qabel dan l-attakk, il-vjolenza…

L-attitudni tal-Gvern ma tħalli l-ebda triq oħra ħlief tal-azzjonijiet industrijali

Il-UĦM Voice of the Workers se tibda azzjonijiet industrijali minn nhar it-Tnejn li ġej wara li l-Gvern injora għall-kollox kull sforz li għamlet biex tinstab soluzzjoni madwar mejda fil-kwistjoni tas-sewwieqa tal-ambulanzi. Din l-attitudni tal-Ministeru tas-Saħħa li jirrifjuta li juża l-għodda tad-djalogu soċjali jidher li saret l-unika strateġija ta’ dan il-ministeru tant li fi kwistjoni separata…