Ħtieġa ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ managers li kapaċi jaħdmu fid-dinja diġitali

“Jeħtieġ li jkollna ġenerazzjoni ġdida ta’ managers li kapaċi jaħdmu fid-dinja diġitali”. Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, waqt laqgħa li l-management tal-UĦM kellu mal-Ewro Parlamentari Laburista Alex Agius Saliba fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana l-Ħamis 25 ta’ Ġunju 2020. L-iskop tal-laqgħa kien biex issir diskussjoni fuq rapport li l-Ewro Parlamentari Laburista qed jaħdem fuqu…

Il-UĦM issellem lil Tony Castillo – isem sinonimu mal-ġustizzja favur il-ħaddiema

UĦM Voice of the Workers issellem il-memorja ta’ Tony Castillo, membru attiv fil-Bord Eżekuttiv tal-union, li miet fl-għomor ta’ 70 sena t-Tnejn 22 ta’ Ġunju 2020. Tony Castillo kien bniedem determinat u dak kollu li kien jagħmel kien iwettqu mill-qalb. Jekk kien hemm kawża ġusta, Tony kien jidħlilha b’ruħu u ġismu. Tony Castillo kien raġel lest biex…

Unur ieħor għal Malta u għal UĦM Voice of the Workers

Il-UĦM Voice of the Workers tifraħ lil Dr.  Philip von Brockdorff wara li għadu kif inħatar rapporteur ewlieni tal-Istrateġija Annwali dwar it-Tkabbir Sostenibbli tal-Unjoni Ewropea. Dr. von Brockdorff huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Ekonomija fl-Università ta’ Malta kif ukoll rappreżentant ta’ din  il-union fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tal-UE. Din il-ħatra qed tiżdied ma’ oħrajn li Dr. von Brockdorff  ġew fdati lilu u…

Id-DIER mitlub jiċċara dwar l-employers li ma ħallsux l-€400

Il-UĦM Voice of the Workers illum bagħtet komunikat bil-miktub lid-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi (DIER) dwar il-proċess u tagħrif abbinat ma’ dawk il-ħaddiema li ħadu l-wage supplement ta’ €800. Il-patt soċjali miftiehem mal-Gvern kien li l-Gvern jagħti €800 u min iħaddem jagħti €400. Wara li qed ikollha diversi mistoqsijiet u lmenti mingħand ħaddiema li mhux qed…

Mini-budget li ma indirizzax biżżejjed lill-ħaddiema u l-familji tagħhom

Il-Gvern ħaseb iżjed fin-negozji u naqas milli jgħin lill-ħaddiema u l-familji tagħhom. Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers fl-ewwel reazzjoni tiegħu dwar il-pjan għar-riġenerazzjoni tal-ekonomija mħabbar mill-Gvern it-Tnejn 8 ta’ Ġunju 2020. Hu qal li l-wegħda li għamel il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali  (MCESD) biex jitħallsu l-€400 min-naħa ta’ min…

Ix-xufiera tal-MPT u l-passiġġieri m’għandhomx ibatu fis-sħana

Il-UĦM Voice of the Workers ilha għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat tilmenta mal-Malta Public Transport (MPT) rigward sħana insapportabbli li qed ikun hemm fil-karozzi tal-Linja peress li mhux qed tinxtegħel l-arja kondizzjonata. Tant hu hekk li, f’ċertu ħinijiet, it-temperatura f’dawn il-vetturi saħansitra kienet qed taqbeż id-39oC. Din is-sitwazzjoni hija ta’ riskju għas-saħħa u s-sigurtà, mhux biss għax-xufiera tal-istess…

Il-ġenituri u persuni vulnerabbli ġew protetti b’direttiva tal-UĦM

Il-UHM Voice of the Workers tinnota b’sodisfazzjon in-numru kbir ta’ ġenituri u nies vulnerabbli membri tal-UĦM li segwew id-direttiva li jibqgħu jaħdmu mid-dar. Wara li l-Kap taċ-Ċivil irrevoka l-miżura tat-telework, u li allura fissret li kull impjegat fis-Servizz u Settur Pubbliku kellu jirritorna fiżikament fil-post tax-xogħol b’effett mill-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju, il-UĦM ordnat direttiva biex il-ħaddiema li huma…

Il-UĦM mhux lesta li tipperikola s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema

Il-UĦM Voice of the Workers ma kienet fl-ebda ħin ikkonsultata fid-diskussjonijiet mal-Gvern li fl-aħħar mill-aħħar wasslu biex ħaddiema amministrattivi f’postijiet tax-xogħol, bħall-Università ta’ Malta, il-MCAST, skejjel tal-Gvern u servizzi ta’ appoġġ fl-Ministeru tal-Edukazzjoni jidħlu għax-xogħol minn għada l-Ġimgħa, 5 ta’ Ġunju 2020. Din il-union hija infurmata li l-postijiet tax-xogħol imsemmija hawn fuq mhumiex in line mal-protokoll li nħareg mill-Supritendenza tas-Saħħa…

Jew flusek jew ħajtek

Id-deċiżjoni li ħa l-Gvern nhar it-Tnejn qed tpoġġi lil persuni vulnerabbli f’sitwazzjoni assurda għax se jkollhom jagħżlu jekk jiħdux ħsieb saħħithom u ħajjithom, jew inkella jekk iridux jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum. Dan jikkuntrasta ferm mal-Linji Gwida għal persuni vulnerabbli ippublikati nhar it-Tlieta fl-4 p.m. mill-Uffiċċju tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. Il-Linji Gwida, li ħareġ dan l-uffiċċju l-bieraħ,…