Ftehim kollettiv li jagħti bixra umana

Il-ħaddiema fl-amministrazzjoni, tekniċi u industrijali tal-Universita’ ta’ Malta se jkomplu  jgawdu minn kundizzjonijiet aħjar ta’ xogħol, żieda fis-salarji u titjib fl-istrutturi tal-gradi. Dan wara li kien iffirmat ftehim kollettiv bejn il-UĦM Voice of the Workers u l-Universita’ ta’ Malta, it-Tlieta 20 ta’ Marzu 2018. Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, stqarr…

Il-management tas-sick leave hu prerogattiva ta’ min iħaddem

“Il-management tas-sick leave  hu l-prerogattiva tal-uffiċjali fl-HR u mhux tat-tabib.” Dan kien wieħed mill-punti li ġie enfasizzat waqt seminar bit-tema Sick Leave  Management in Today’s Working Environment, organizzat mill-Kumitat tar-Riżorsi Umani fi ħdan il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija, nhar il-Ħamis 15 ta’ Marzu 2018. It-Tabib David Attard qal li, bħala konsulent tas-saħħa lill-industrija, ir-rwol tat-tabib tal-kumpanija jinvolvi…

Minn għada mhux se ssib xorb sħun fuq il-vapuri tal-Gozo Channel

  Il-UĦM Voice of the Workers qed tagħti direttivi lill-membri tagħha, li jaħdmu bħala cafeteria attendants fuq il-vapuri tal-Gozo Channel, sabiex ma jservux xorb sħun minn għada t-Tnejn 12 ta’ Marzu 2018. Dan peress li qed jingħataw xiftijiet b’ħinijiet li huma ta’ detriment għas-saħħa u s-sigurta’ tal-ħaddiema. Din il-union ilha għal dawn l-aħħar xhur tikkomunika…

Direttiva dwar bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja

F’April 2017, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet Direttiva biex “tappoġġja l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-ġenituri u l-persuni li jieħdu ħsiebhom”, li bħalissa qed tiġi diskussa fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Il-Kunsill Nazzjonali ta’ l-Anzjani (KNA) hu parti minn qafas tas-soċjetà ċivili Ewropea u jemmen bi sħiħ li jista’ jkollu impatt effettiv. Il-qafas ta’ leave legali u istituzzjonali eżistenti…

Il-flessibbilta’ hi l-fus biex jissaħħaħ il-bilanċ tal-ħajja max-xogħol

“Il-flessibbilta’ biss tista’ ittejjeb ir-realta’ moderna fil-qasam  tax-xogħol”. Dan qalu Josef Vella,  il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, f’konferenza tal-aħbarijiet li matulha ġie ffirmat ftehim kollettiv  għall-ħaddiema fl-amministrazzjoni u dawk klerikali tal-Kulleġġ Malti għall-Arti,  ix-Xjenza  u t-Teknoloġija (MCAST). Hu qal li dan il-ftehim kollettiv jagħmel parti minn sensiela ta’ ftehim kollettivi oħrajn li…

Il-Wasteserv tkaxkar saqajha fil-laqgħat ta’ negozjati mal-UĦM Voice of the Workers

Il-UĦM Voice of the Workers irreġistrat tilwima industrijali ma’ Wasteserv wara li l-management tal-kumpanija qed jonqos milli jattendi għal laqgħat dwar it-tiġdid tal-ftehim kollettiv. Fil-bidu tal-2017, il-UĦM Voice of the Workers għaddiet il-proposti tal-ftehim kollettiv tal-ħaddiema lill-management tal-Wasteserv.  Dawn ġew mgħoddija xhur qabel l-iskadenza tal-ftehim sabiex ikun hemm żmien biżżejjed għan-negozjati li jwasslu għal titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema. Minkejja li l-union,…

Rebħa oħra għal UĦM Voice of the Workers

Il-UĦM Voice of the Workers rebħet ir-rikonoxximent tal-ħaddiema tal-Mediterenean Conference Centre (MCC) wara votazzjoni li saret illum il-Ġimgħa 2 ta’ Marzu 2018. Irriżulta li 61 fil-mija tal-ħaddiema vvotaw favur din il-union. Il-proċess ta’ votazzjoni tmexxa mid-Dipartiment tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) fil-Mediterenean Conference Centre stess. Il-proċess sar billi l-ħaddiema ngħataw karta tal-votazzjoni li fuqha kellhom…

Approvat b’maġġoranza l-ftehim kollettiv tal-MCAST

Il-UĦM Voice of the Workers tħabbar li l-ftehim kollettiv għall-ħaddiema fl-amministrazzjoni, dawk klerikali u s-support staff fi ħdan il-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST), ġie approvat minn 84 fil-mija tal-ħaddiema li vvotaw sabiex dan il-ftehim jiġi ffirmat. Il-ftehim kollettiv il-ġdid jinkludi numru ta’ kundizzjonijiet ġodda għall-ħaddiema, fosthom, għaxar ġimgħat ta’ nofs ta’ nhari, flessibbilta’…