Il-UĦM titlob aktar laqgħat mal-Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali

11900088_387500554778349_5830437148605107744_n[1]Wara li l-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) irċeviet diversi ilmenti mingħand numru ta’ ħaddiema, is-Segretarju Ġenerali tal-UĦM Josef Vella ċempel lill-Ministru tal-Familja u Solidarjetà Socjali Michael Farrugia u stiednu biex jikkonsulta ma’ kulħadd fir-rigward tal-FSWS ul-Appoġġ. Josef Vella enfasizza li proċess ta’ konsultazzjoni għandu jkun wieħed li jinkludi lill-ħaddiema kollha.

Tmien ġimgħat sħaħ ta’ azzjonijiet industrijali ordnati mill-UĦM fid-DIER

It-Taqsima għas-Servizz Pubbliku fi ħdan il-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) ilha għaddejja b’azzjonijiet industrijali fid-Dipartiment ghar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi (DIER) sa mit-22 ta’ Ġunju 2015.  Dawn l-azzjonijiet ġew ordnati lill-ispetturi fi ħdan id-DIER peress li l-Gvern qed ikun passiv milli jinegozja l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.