Approvat b’maġġoranza kbira l-ftehim kollettiv fl-Universita’

Il-UĦM Voice of the Workers tħabbar li l-ftehim kolletiv għall-ħaddiema amministrattivi, tekniċi u staff industrijali fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta’ ġie approvat minn 94 fil-mija tal-ħaddiema li f’laqgħa vvotaw sabiex dan il-ftehim jiġi ffirmat. Il-ftehim kollettiv il-ġdid tal-ħaddiema mhux akkademiċi tal-Universita’ jinkludi diversi kundizzjonijiet ġodda, fosthom, titjib fil-kundizzjonijiet dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja, titjib…

Ftehim kollettiv b’ruħ soċjali

Dan hu ftehim kollettiv b’ruħ soċjali għax, fost oħrajn, se jkun qed jagħti kas lil dawk il-ħaddiema li jistgħu jġarrbu minn ċirkustanzi koroh fil-familji tagħhom bħal mard serju. Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers f’ċeremonja li matulha ġie ffirmat ftehim kollettiv ġdid  b’risq il-ħaddiema ta’ Transport Malta. Dan  il-ftehim kollettiv, li…

Titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema ta’ Andrews Feeds (Malta) Limited

Il-UĦM Voice of the Workers għadha kemm ikkonkludiet u ffirmat il-ftehim kollettiv għall-ħaddiema mhux industrijali tal-kumpanija Andrews Feeds (Malta) Limited. Din il-union ilha taħdem mill-qrib ma’ dan il-grupp ta’ ħaddiema sa mill-1988 u dan permezz ta’ ftehim kollettivi ġodda li jiġu mġedda kull ftit snin. Dwar il-ftehim preżenti, kienu investiti diversi sigħat u wkoll kien…

Is-saga dwar il-bejgħ tal-isptarijiet għadha miftuħa

Il-UĦM Voice of the Workers għadha mhix magħluqa mal-gvern dwar il-bejgħ tat-tliet sptarijiet lokali, minn Vitals għal Steward. Hemm ħafna mistoqsijiet li jridu jitwieġbu – mistoqsijiet ta’ interess nazzjonali, ta’ interess għal kull ċittadin u ta’ interess għall-ħaddiema. Għaldaqstant, din il-union se tkun qed titlob laqgħa bilaterali mal-Gvern sabiex il-UĦM Voice of the Workers tressaq…

Jintlaħaq ftehim dwar ħlasijiet dovuti lill-ħaddiema tal-Wasteserv

Il-UĦM Voice of the Workers, li hija l-union rikonoxxuta fi ħdan il-Wasteserv, b’mod uffiċjali għadha kemm issiġġillat ftehim sabiex ħaddiema li kienu fuq probation is-sena l-oħra jitħallsu l-allowances li kienu dovuti lilhom xhur sħaħ. Din il-union kienet ħadet azzjoni mmedjata meta fl-2017 rreġistrat tilwima industrijali mal-kumpanija quddiem id-Direttur tax-Xogħol.  Il-pressjoni li għamlet il-UĦM Voice of…

Bżonn urġenti li jiġu indirizzati sitwazzjonijiet prekarji fost il-ħaddiema tal-G4S

Il-UĦM Voice of the Workers qed tħeġġeġ lill-management tal-kumpanija G4S sabiex, fi spirtu ta’ rieda tajba, jiġu indirizzati numru ta’ kwistjonijiet prekarji li qed jolqtu, lill-ħaddiema, assenjati fl-Isptar Mater Dei, fil-laħam il-ħaj. Din il-union irċeviet diversi lmenti mingħand ħaddiema li spiċċaw ħadmu aktar sigħat wara l-ħin. Minflok li ngħataw dak  li hu dovut lilhom, il-ħaddiema…