Jissoktaw id-direttivi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex

Għadhom għaddejjin id-direttivi li ġew ordnati mill-UĦM Voice of the Workers lill-membri tagħha fil-pożizzjoni ta’ care support workers tal-kuntrattur u li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.  Dawn id-direttivi daħlu fis-seħħ wara diversi sforzi mill-UĦM Voice  of the Workers biex l-impjegati jkunu jistgħu jieħdu l-vacation leave annwali li hu bi dritt parti mill-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom. Għalkemm…

Il-bżulija fid-direzzjoni t-tajba twassal għas-suċċessi

“L-attitudni aggressiva u l-militanza ma jġibux ir-riżultati imma hija l-bżulija fid-direzzjoni t-tajba li twassal għas-suċċessi.”. Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, waqt żjara ta’ kortesija li l-Ambaxxatur tal-Ġermanja għal Malta Walter Haβmann għamel lil din il-union fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana nhar it-Tlieta 21 ta’ Mejju 2019. Josef spjega li l-UĦM…

Il-Kostituzzjoni hija l-pedament tas-soċjeta’

“Id-diskussjoni dwar il-Kostituzzjoni għandha tkun hemm għax hi l-pedament tas-soċjeta’.” Dan  saħqu Josef  Vella, il-Kap Eżekuttiv  ta’ UĦM Voice of the Workers, f’laqgħa li din il-union kellha ma’ rappreżentanti minn Repubblika, grupp ta’ persuni mis-soċjeta’ ċivili li jaħdem favur id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija. Il-laqgħa saret fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana, nhar it-Tlieta 14 ta’ Mejju 2019. Il-grupp…

Aktar azzjoni sabiex tissaħħaħ il-kwalita’ tal-ħajja tal-ħaddiema

Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER) organizza konferenza nazzjonali dwar il-Futur tax-Xogħol fil-Palazz Verdala, il-Buskett nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Mejju 2019. Il-konferenza kienet indirizzata mill-għola awtoritajiet tal-pajjiż, fosthom, mill-President ta’  Malta George Vella, mill-Prim Ministru Joseph Muscat u  mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. L-iskop ta’ din il-koneferenza kien li jingħata bidu għal konsultazzjoni bejn  il-Gvern, il-partijiet…

Iffirmat ftehim settorali tant mistenni għad-dentisti li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Gvern

Il-UĦM Voice of the Works u l-Gvern iffirmaw ftehim settorali ieħor għad-dentisti li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Gvern. L-iffirmar tal-ftehim,  li kien ilu ma jiġġedded sa mill-1993, sar fil-Ministeru tas-Saħħa nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju 2019. Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers qal li din il-union tinsab onorata bil-konklużjoni ta’ dan il-ftehim settorali,…