Sospiżi l-azzjonijiet industrijali

Il-UHM Voice of the Workers issospendiet l-azzjonijiet industrijali b’rabta mal-ftehimiet kollettivi fis-settur pubbliku li għadhom pendenti fl-isfond tad-dikjarazzjoni li ħarġet mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni li t-taħditiet se jitkomplew minnufih wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Dan il-ġest ta’ rieda tajba minn naħa tal-union jikkonferma kemm l-azzjonijiet industrijali ma jittieħdux skont xi aġenda politika imma jittieħdu biss…

Il-UHM titlob laqgħa dwar ftehimiet kollettivi pendenti

Il-UHM Voice of the Workers ordnat azzjonijiet industrijali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali wara li l-Gvern rema l-baħar xhur twal ta’ negozjati bl-iskuża tal-elezzjoni ġenerali. Jirriżulta li minkejja li ż-żewġ naħat kienu waslu qrib, it-taħditiet twaqqfu b’deċiżjoni tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni. L-union tinnota li l-pożizzjoni tal-Gvern tikkuntrasta ma’ dak li kien jiġri fil-passat meta t-taħditiet li kienu…